Liġi Biex Dawk Li Għandhom Bejn 14-il Sena U 16-il Sena Biss Jitħallew Jaċċessaw Il-Midja Soċjali – Taqbel Mal-Ħsieb Tal-Prim Ministru Tal-Awstralja?

L-Awstralja qed tippjana li tistabbilixxi età minima għall-adoloxxenti li jista’ ikollhom aċċess għall-midja soċjali minħabba tħassib dwar is-saħħa mentali u fiżika.

Il-Prim Ministru Anthony Albanese qal li l-gvern qed jaħseb biex idaħħal metodu li jivverifika l-età tal-utent, qabel ma jipprojbixxi lill-adoloxxenti żgħar milli jkollhom kontijiet tal-midja soċjali, aktar tard din is-sena.

Qal li l-limitu x’aktarx ikun bejn l-14 u s-16-il sena. Jekk tidħol il-liġi, l-Awstralja jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li timponi tali restrizzjoni tal-età fuq il-midja soċjali.

Dan kollu minħabba l-effetti tal-midja soċjali fuq is-soċjetà Awstraljana, li nnutat l-impatti ħżiena fuq is-saħħa mentali tal-adoloxxenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI