Infermiera b’talent f’Boulder County, Colorado, ħolqot linfa magħmula minn kunjetti vojta tal-vaċċini kontra l-Covid-19. Laura Weiss ħolqot din l-arti bħala ġieħ lil dawk kollha li għenu biex isalvaw ħajjet in-nies matul il-pandemija.
Hi qalet, “Bħala infermiera tas-Saħħa Pubblika, kont xhud tal-isforzi ineżawribbli tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura, tas-saħħa u voluntiera li assistew fit-tilqim.”
“Jien kont ispirata biex b’mijiet ta’ kunjetti tal-vaċċin Moderna, noħloq dan id-‘ Dawl ta’ Apprezzament.’ Dan biex jonora u juri apprezzament għal dawk kollha li għenu biex iżommu n-nies ħajjin, Wara tant telf, inċertezza u ansjetà, id-dawl jista ‘jġib tama għal futur isbaħ.”