Kif Taħsbu Li Marvic Doughty Iddeskriviet Lil Narcy Calamata F'Għeluq Sninu?

Illum jaħbat għeluq snin l-attur veteran Narcy Calamatta u l-attriċi lokali Marvic Doughty awguratlu b’wieħed mill-isbaħ titli li Narcy jista’ jirċievi. Hi sejħtilu, “iż-żagħżugħ ta’ dejjem.” L-attur twieled fid-9 ta’ Lulju, 1939.





Dan ifisser li Narcy llum għalaq 81 sena. Jidher li tul il-pandemija tal-Covid-19, Narcy żamm ruħu għaddej ġmielu. Ix-xahar li għadda tkellem ma’ Teatru Malta dwar kif okkupa l-ħin tiegħu tul din l-imxija.



Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lil Narcy f’dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollna ċ-ċans li nkomplu ngawdu aktar xogħlijiet minn tiegħu u wkoll narawh mill-ġdid fuq il-palk f’xi parti jew oħra. Awguri Narcy!

Facebook / Narcy Calamatta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI