X'Għandna Nistennew Llum Bħala Każijiet Tal-Covid-19?

Skont il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates, illum għandna nistennew żewġ każijiet pożittivi għall-Covid-19. Skont l-istess paġna dawn il-każijiet huma żewġ każijiet ta’ trasmissjoni fil-komunità.





Il-paġna uffiċjali Saħħa fin-nofs siegħa toħroġ l-istatistika uffiċjali fejn ikollna konferma ta’ dak li qed tgħid din il-paġna li tul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, tista’ tgħid kellha informazzjoni koretta. Iżda tajjeb li ntennu li l-paġna uffiċjali Saħħa toħroġ l-istatistika uffiċjali.

Skont l-istess paġna, ir-rata ta’ trasmissjoni f’pajjiżna qiegħda madwar 0.4. L-awtoritajiet dejjem qalu li sakemm tibqa’ taħt il-wieħed dan ikun sinjal pożittiv. Nittamaw li l-każijiet jibqgħu baxxi u dawk pożittivi ma jdumux ma jfiqu u ma jkollhomx kumplikazzjonijiet.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI