Puttinu Cares, fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, qasmu l-inizjattiva ħelwa ta’ Christina Agius, ta’ 91 sena.
Fil-messaġġ tagħhom kitbu, “Christina Agius tagħlaq 91 sena u waqt festin bejn il-familjari, kuġini, u ħbieb inġabret is-somma sabiħa għal Puttinu ta’ €2,120 minflok rigali.”
Temmew il-messaġġ tagħhom billi kitbu, “Grazzi, proset, u awguri għal ħafna snin ta’ saħħa.”
Miktub Minn
Bradley P. D. Cachia
Bħalissa qiegħed insegwi l-kors tal-B.A. fl-Istudji Komunikattivi u l-Malti fl-Università ta’ Malta, wara tlettax-il sena nattendi l-Kulleġġ San Alwiġi. Involut fl-arti, fejn l-involviment tiegħi jvarja mit-teatru għal-letteratura. Ilni midħla tat-teatru mill-2016 u ilni nesperimenta bil-kitba minn tfuliti. Apparti l-aspett artistiku, naħdem ukoll f’diversi organizzazzjonijiet volontarji, fi sferi soċjali differenti.