Nicholas Nerius ta’ 26 sena li trabba f’Myanmar huwa wieħed mill-178 seminarista fis-Seminarju Maġġuri San Ġużepp f’Yangon. Pajjiżu għadda minn vjolenza kbira tort tal-itwal gwerra ċivili li qatt rat id-dinja.
Minkejja li l-ġlied waqaf, hemm kriżi urġenti li qed jiffaċċjaw in-nies; dik tal-abbuż tad-droga. B’xi żoni għadhom għaddejjin bil-konflitti u b’aktar minn miljun tifel u tifla li ma jattendux skola, l-abbuż tad-droga qiegħed dejjem jiżdied. Għall-bidu d-droga kienet tintuża biss mill-militar, imma issa nxterdet fost iċ-ċivili tant li saret epidemija!

Minkejja dan kollu, għad hemm it-tama. Il-Knisja Kattolika f’Myanmar, bl-għajnuna tal-Missjoni Kattolika u tal-voluntiera, qiegħda tħarreġ żgħażagħ biex jgħinu lin-nies isolvu l-problemi u jibnu nazzjon b’saħħtu. Nicholas huwa wieħed minn dawn iż-żgħażagħ li ta’ kull nhar ta’ Sibt imur jgħallem lit-tfal il-katekiżmu.
ngħinu lil dawn is-seminaristi u x-xogħol tal-Knisja Kattolika, mhux biss f’Myanmar, imma madwar id-dinja kollha. Kif int tista’ tgħin lis-seminaristi fl-Asja, fl-Afrika jew fl-Indja:
- Intenzjoni għal Quddiesa – €5
- Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor – €24
- Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil-missjoni – €35
- Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa – €36
- Paga ta’ għalliem fis-Seminarju għall-formazzjoni tas-seminaristi – €48
- Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem – €60
- Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda – €115
Tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit-talb tagħhom. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962. Grazzi mill-qalb!