Kaptan tar-Ryanair kellu jgħajjat lill-pulizija wara li żewġ passiġieri m’obdewx ir-regoli abbord it-titjira bejn Stansted u Malta. Dawn il-passiġġieri b’passaport Ingliż irrifjutaw milli jilbsu maskra abbord l-ajruplan. Minkejja li l-Cabin Crew qalulhom kemm-il darba biex jilbsu lbies protettiv, dawn iż-żewġ passiġieri ma riedu jagħmlu b’xejn.

Ritratt: Pixabay
Il-Kaptan iddeċieda li ma jieħux passi iżda xorta jistgħu jeħlu multa talli m’obdewx il-liġijiet ta’ Malta. Minħabba l-pandemija kull persuna abbord l-ajruplan trid tilbes maskra matul it-titjira kollha sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni.
Pixabay