L-MP Janice Chetcuti Tinsab Lesta Biex Tirritorna Lura D-Dar

L-MP Janice Chetcuti tinsab lesta biex tirritorna lura d-dar wara bosta jiem l-isptar biex tirkupra wara l-intervent li kellha. Ħabbar dan fuq il-profil tiegħu l-MP Ian Vassallo Hagi.

Hu kiteb, “Janice Chetcuti sejra lura d-dar fl-aħħar. Ritratt ta’ kif konna l-isptar (jien xogħol u hi pazjenta) u l-ieħor kif nkunu s-soltu u kif ħa nkunu! Ħares il-quddiem Janice!” 

Jumejn ilu, l-MP Janice Chetcuti għaddiet aġġornament dwar is-sitwazzjoni tagħha. “It-18-il jum tiegħi l-isptar… Nibda r-rutina tas-sbuħija tiegħi, antibijotiċi ġol-vini, nebuliser, pilloli, injezzjonijiet u mbagħad mixi bħala parti mill-fiżjoterapija tiegħi biex nikseb s-saħħa tiegħi.”

Jidherl i l-jum li tant kienet ilha tistenna wasal ukoll u ser tkun qed tirritorna d-dar. Nawgurawlek is-saħħa għażiża! Kuntenti b’din l-aħbar sabiħa!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI