Matul l-aħħar jiem qed naraw żieda sostanzjali kemm fil-każijiet kif ukoll fit-tensjoni li qed iħoss il-pubbliku. Il-biża’ qed iżżid u ħafna qed iħossu li hemm affarijiet li jridu jsiru, u ċertu miżuri għandhom jittieħdu. Hemm min qed jisħaq li rridu ngħixu biha, u ma nistgħux nibqgħu kull darba restritti.
Il-preżentatur Brian Hansford jiġbed l-attenzjoni dwar dan, u jappella b’mod speċjali lil dawk li qed jispiċċaw jippuntaw ta’ min hu t-tort aktar milli jżomm l-għaqda. Brian jappella li hemm bżonn nadattaw għal din in-normalita ġdida, fejn inkomplu ngħixu b’kawtela, għal ġid ta’ saħħitna u saħħet xulxin.
Prosit Brian għal darb’oħra tal-parir tajjeb li għaddejt.