Bl-Awdjo: Stellina Ssiefer Biex Fost Oħrajn Taddotta Kelb Wara li Fil-Covid-19 Tilfet L-Kelb Tagħha

Stellina, wiċċ magħruf żgur mal-ivjaġġar kienet l-ewwel waħda li dalgħodu ħalliet din il-gżira biex tmur Ragusa, Sqallija. “Kif il-Prim MInistru qal l-portijiet miftuħin u l-ajruport miftuħ, jekk taqbad ir-rekords tal-Virtu Ferries forsi ssib li jien kont l-ewwel persuna li bbukjajt” tgħidilna Sqallija.





Stellina tgħidilna li apparti telgħet Sqallija sabiex tħejji l-affarijiet neċessarji għall-ewwel gruppi ta’ Maltin, hi xtaqet li taddotta kelb ieħor. “Jien kelli lil Pietru, kien ilu miegħi 16-il sena. Kont inħobbu ħafna u hawn Sqallija l-aktar kelb Malti li qatt vjaġġa ġo Sqallija, kien tiela’ u nieżel miegħi. Jien dejjem inħobbhom il-klieb u nixtieq li nadotta Pietru ieħor”.



Apparti Pietru, Stellina għandha 2 tiklieb oħra li tellagħhom Sqallija wkoll! “Sqallija hija ħafna dog-friendly u dejjem jiġu miegħi. Aħna nivjaġġaw bil-catamaran u bil-karozza tagħna, allura faċli ħafna”.

Vjaġġat dalgħodu lejn Sqallija b’catamaran mimli. “Naqsu 40% mill-capacity tagħhom, ħabba l-Covid biex in-nies iħossuhom safe”. Tgħidilna li kulħadd ta każ id-distanza soċjali, libes il-visor jew maskra u qabel telgħu fuq il-catamaran ttieħdet t-temperatura, “Apparti li l-kru dejjem helpful”. Stellina tqabbel il-vjaġġ tagħha daqs li kieku ħriġt u mort ximkien normali.

Iż-żona ta’ Ragusa huwa l-aħjar li mar fi Sqallija kollha, “Hemm każijiet attivi inqas minn Malta, marru tajjeb ħafna ħafna. Inħossni ħafna safe” tistqarr magħna Stellina.

Aħna nawguraw lil Stellina l-mawra t-tajba u ħerqanin biex naraw il-kelb fortunat li ser ikun addottat!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI