“Grazzi Talli Ġejt F’Ħajti… Int L-Isbaħ Rigal” – Chan Vella

Illum huwa l-anniversarju tal-kompożitur u preżentatur Chan Vella u martu l-awtriċi u l-kantanta Alexia. Din il-koppja ltaqgħu grazzi għal mużika, xi ħaġa li t-tnejn li huma minn dejjem kienu jħobbu. Il-kantant Glen Vella ukoll kien għen biex Chan u Alexia jsiru jafu lil xulxin.





Chan indirizza lil martu direttament u qal: “Għoxrin sena ilni nafek li minnhom għamilna 12-il sena miżżewġin… Illum is-26 ta’ Lulju huwa l-anniversarju tagħna u b’wiċċi minn quddiem ngħidlek grazzi mill-qalb. Grazzi talli ġejt f’hajti u grazzi lill-Mulej li laqqani miegħek.”

“J’Alla dan il-jum inqattawh sabiħ flimkien u nittama li bħall-ġurnata tal-lum ikollna ħafna aktar flimkien. Inti l-isbaħ rigal flimkien maż-żewġ uliedna. Grazzi grazzi grazzi.”



Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw ġurnata mill-isbaħ lil Chan u Alexia. Nittamaw li tibqgħu tgawdu lil xulxin għal dejjem.

Facebook/Chan Alexia Vella Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI