"llum Ħallietna L-Unika Nanna Li Kien Fadalli" – Renato Vella

Il-preżentatur Renato Vella, li jippreżenta fuq ONE Radio ħabbar it-telfa għażiża tan-nanna tiegħu fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Ħabbar dan fuq il-midja soċjali fejn qal, “Ġurnata biss wara li lbieraħ fakkarna l-anniversarju mit-telfa ta’ missieri llum ħallietna l-unika Nanna li kien fadalli u l-aktar nanna li l-Bambin għoġbu iħallina ngawdu fl-għomor ta’ 89 sena, għal ftit inqas minn xahar, mhux 90. Konna ħerqana biex niċċelebraw.”





Hu kompla l-messaġġ tiegħu, “Grazzi Nan u Bużnanna Lorenza tal-imħabba li kellek għalina, issa wasal iż-żmien li terġa’ tiltaqa’ man-Nannu u z-ziju Salvinu. Strieħ fis-sliem u itlob għalina! Grazzi lill-istaff kollu tal-Floriana Home for Older Persons ta’ kemm ħadtu ħsiebha u tad-dedikazzjoni li għandkom għall-anzjani tagħna”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Renato u l-familjari tiegħu ta’ din it-telfa għażiża. 

Facebook / Renato vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI