Il-Ġbejna, ingredjent ikoniku magħruf sew l-aktar fil-kċina Għawdxija.
Din il-ħlewwa bbażata fuq il-ġobon tan-nagħaġ hija tradizzjonalment servuta bħala starter imħawwar sewwa biż-żejt taż-żebbuġa Għawdxi. Jinstab mod kif tinbidel xi ftit din it-tradizzjoni u issa għandna ċ-ċans li napprezzaw aktar il-maħbuba Ġbejna tagħna bir-rieħa u n-nisġa unika tagħha, b’verżjoni tad-deżerta biex b’hekk nagħtu lil dan l-ingredjent saħansitra aktar versatilità.

Mgħarfa f’idejk, ħaffer bil-mod fil-ġobon tal-ġbejna u ammira l-ġamm tal-lanġas lewn id-deheb, mimli bl-aqwa mod fil-Ġbejna. Jidher li din l-idea nibtet ġewwa Hotel Kempinski f’Għawdex.

Prosit tassew lil min ħareġ b’din id-deżerta hekk oriġinali! X’taħseb?! Ser idduqha?
