It-Temp U L-Fenomeni Naturali – Id-Diskussjoni Fuq L-Inspjegabbli Ta' Dil-Ġimgħa Se Tkun Waħda Interessanti Ferm!

Matul is-sbatax-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15, it-tim tal-Inspjegabbli ser jitkellmu dwar it-temp u l-fenomeni naturali. Attwalment meta jitkellmu fuq it-temp l-attenzjoni tagħhom tmur minnufih fuq it-tibdil fil-klima. Suġġett topiku u vitali fiż-żminijiet li qed ngħixu fih.





Iżda kultant ninsew fenomeni oħra naturali marbuta mat-temp, fenomeni li wieħed tajjeb jitkellem dwarhom minn żmien għal żmien – bħal ngħidu aħna ċ-ċpar, il-milgħuba, l-isħab aħdar u l-miraġġi.

  • X’inhuma dawn eżattament?
  • Kif jiffurmaw? U x’impatt iħallu?

Il-mistieden fil-panel se jkun l-analista tat-temp Samuel Cutajar. Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI