Bil-Filmat: “Għalija Hi Meditazzjoni” – Fadi Apparti Li Jibrilla Fil-Kant, Fl-Arti Wkoll!

Lil Fadi żgur li nafuh bħala karattru mill-isbaħ mis-sensiela ta’ Come Dine With Me Malta. Nafuh bħala makeup artist, u wkoll bħala kantant brillanti, li jkanta b’tant emozzjoni u passjoni. Fil-fatt Fadi huwa verament artist, għax anke jibrilla fl-arti tal-pittura.

Waqt TVAM xandru feature mid-dar ta’ Fadi fejn rajna kemm ħoloq xogħol artistiku bellezza. Fadi jitkellem dwar il-proċess meta jibda jesprimi ruħu artistikament fit-tpinġija, kif ukoll kif jidħol f’dinja ta’ kreattività.

Jibda jispjega l-inkwatri u kif huma relatati ma’ fażi minn ħajtu, fosthom pittura li tinsab fil-progress, li titkellem dwar din is-sena.

“Għalija hi meditazzjoni. Nieqaf milli qed nagħmel u nitfa’ moħħi fil-pittura, u d-dinja tista’ tistenna,” jgħid Fadi.

Segwu aktar fil-filmat:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI