Bil-Filmat: Imma Dan Frank Għal Kollox Jiżżattat! – Kif Taħsbu Li Mar F'Din L-Isfida?

Nhar it-Tlieta, Frank Zammit deher fuq il-programm tal-ONE Malta Gladiator Trials fejn prova jagħmel l-isfida tal-gladjaturi. Jidher li Frank kien l-unika wieħed mit-tim ta’ Vibe li tħajjar li jidħol għal din l-isfida.

Fil-filmat t’hawn taħt ħa jkollkom iċ-ċans taraw lil Frank jagħmel din l-isfida u tisimgħu r-reazzjoni u l-ewwel kummenti tiegħu wara li spiċċa fl-ilma kiesaħ! Ftit ħasbu li Frank kapaċi jasal sa fejn wasal u donnu anke hu ssorprenda lilu nnifsu iżda kburi li wasal aktar minn Joe Roscoe, il-kantant tal-band lokali Red Electrick.

Rossi u Nate donnhom spiċċaw bla kliem… għalkemm Nate spiċċa biex għadda botta fuq JD Patrick!





Facebook / Frank Zammit



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI