"Twissija: L-Arkata Fil-Munxar Hi Instabbli. Din Hija Twissija Għas-Sigurtà Tal-Pubbliku" – GetOutAndKayak

Il-grupp popolari tal-kayaking Get Out and Kayak (GOAK) ħarġu twissija pubblika dwar is-sigurtà rigward l-arkata ikonika fil-Munxar, u wissew lin-nies biex joqogħdu ‘l bogħod minnha.

L-appell huwa wieħed importanti minħabba l-kundizzjoni tagħha li dejjem qed issir aktar instabbli. Kitbu stqarrija fuq il-midja soċjali, “biċċiet kbar minnha diġà waqgħu u qed jidhru xquq vertikali profondi. Fl-opinjoni tagħna, dan il-wirt naturali tinsab f’riskju ta’ kollass totali.”

Ikomplu, “Taqdfux taħt l-arkata… Gawduha minn distanza sigura… ipproteġu lilkom infuskom.” Xerrdu ritratt li juri r-riskju li qed jinfurmaw lill-pubbliku dwaru.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI