Il-paġna Archdiocese of Malta ħabbret li nhar il-Ħadd 19 ta’ April 2026 se jiġi ċċelebrat Jum il-Karità, inizjattiva li għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-ħidma estensiva tal-Knisja ma’ persuni vulnerabbli fis-soċjetà Maltija.
Din il-ħidma bħalissa tmiss madwar 1,600 persuna, fosthom tfal u żgħażagħ fid-djar tat-tfal, persuni b’diżabbiltà, kif ukoll nisa u tfal li qed jaħarbu minn sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika.
Permezz ta’ dan il-jum, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tappella lill-pubbliku biex jikkontribwixxi kemm permezz tal-volontarjat kif ukoll b’donazzjonijiet finanzjarji, sabiex dawn l-opri soċjali jkunu jistgħu jkomplu joffru appoġġ essenzjali.
Donazzjonijiet se jinġabru waqt il-quddies tas-Sibt 18 ta’ April filgħaxija u tal-Ħadd 19 ta’ April fil-parroċċi kollha tal-Arċidjoċesi, f’ġest ta’ solidarjetà ma’ dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna.