Fuq il-paġna tagħha One Chick and a Yorkie, Danita Camilleri kitbet l-awgurju tagħha għall-għażiża ħabiba tal-qalb tagħha, Tamara Webb. Danita u Tamara kemm-il darba narawhom jippubblikaw kontenut flimkien, li juri l-ħbiberija sinċiera ta’ bejniethom.
“Ma nistax nispjegalek xi tfisser int f’ħajti, ma nistax nispjegalek kemm tfisser għalija. Kemm tgħini u kemm-il darba sibtek biex tismagħni. Grazzi tal-ħbiberija onesta u pura li għandek. Grazzi tal-imħabba tiegħek lejja u lejn kulħadd. U Grazzi ta kemm tispirani biex dejjem inkun bniedma aħjar.”
Għall-okkażjoni Danita xerrdet diversi ritratti li għandhom flimkien matul iż-żmien. Awguri mill-qalb Tamara!