Hu jikteb, “Għadni ssummat bl-aħbar li ħalliena ħabta u sabta Chris Agius. Kandidat tal-partit għal diversi elezzjonijiet u ħabib ġenwin. L-Għasfur, kif kien jafu kulħadd, għaddha minn ħafna diffikultajiet f’ħajtu u b’xi mod dejjem sab is-saħħa joħroġ minnhom.”
Il-Ministru Bonett ikompli, “Jien sirt nafu fl-aħħar snin ta’ ħajtu u kuntent li qtajnilu x-xewqa tiegħu li jerġa jiġi lura Malta mill-Irlanda biex jerġa jkun ta’ servizz. Sfortunatament ma kellix tkun twila l-esperjenza.”
Hu jispjega, “Kien iħobb il-politika. Kien iħobb lill-partit u kien iħobb lil Marsaskala. Din hija l-aħħar darba li rajtu. Il-Ġimgħa li għaddiet waqt il-Lejla Sajfija li kellna l-Bajja ta’ San Tumas. Però sal-bieraħ filgħaxija konna qed nibagħtu l-messaġġi lil xulxin.”
Il-Ministru Bonett itemm, “Kien kuntent ħafna u kien sab paċi f’ħajtu. Insellimlek ħabib. Ser nimmissja t-telefonati u l-messaġġi li kont dejjem tagħlaq hekk. Il-kondoljanzi sinċiera lill-familja.”
Aħna ningħaqdu miegħu u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu. Nittamaw li jsibu l-kuraġġ u s-sabar li għandhom bżonn f’dan il-mument.
Strieħ fil-paċi.