Aktar kmieni ġiet ippubblikata stqarrija mill-Gvern fejn tħabbar li l-mibki Monsinjur Victor Grech ser ikollu funeral organizzat mill-Istat.
Dan ħa jseħħ bħala rikonoxximent għall-ġid straordinarju li wettaq dan il-bniedem maħbub. Minn dejjem kien jirsisti u jaħseb biex kulħadd isib opportunità oħra biex jgħix ħajja sabiħa.
Jidher li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tkellem mal-familjari u qrabat ta’ Monsinjur Victor Grech biex flimkien magħhom jitkellem dwar l-arranġamenti neċċessarji fl-organizzazzjoni tal-funeral.
Aktar dettalji dwar il-funeral ta’ Mons. Grech mistennijin jitħabbru aktar tard.
Facebook/ Augustinians Malta – Agostinjani