"Grazzi Ta’ Kollox, Illum, Ilbieraħ u Dejjem " – Id-Deputat Mexxej Tal-Partit Laburista Daniel Micallef B'Xewqat Sbieħ Lil Ommu

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef għadu kif kiteb messaġġ ta’ xewqat sbieħ għall-għażiża ommu f’jum għeluq sninha. Fil-fatt Daniel kitbilha messaġġ qasir għall-okkażjoni;

“Awguri lill-ghaziza ommi. Grazzi ta’ kollox, illum, il-bierah u dejjem” Xerred anke ritratt prezzjuż immens u li żgur iġib tbissima fuq fommu, fejn qiegħed anke flimkien ma’ ommu. 

Daniel apparti d-Deputat Mexxej tal-Partit, huwa wkoll perit. Laħaq il-kariga ta’ Deputat Mexxej propju f’Lulju 2020, 6 xhur wara ġie maħtur Kap tal-Partit u Prim Ministru, Dr. Robert Abela. 

Daniel twieled u anke trabba ġewwa Ħad-Dingli. Awguri minn qalbna lil għażiża ommu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI