Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni tradizzjonalment offrew pagamenti mqassma tal-assigurazzjoni tagħhom fuq il-Life Insurance u aktar tard fuq il-Health Insurance. Illum l-Aġenzija England Insurance ħadet pass ieħor billi qiegħda toffri pagamenti mqassma tal-assigurazzjoni fuq kważi is-servizzi kollha ta’ assigurazzjoni.
Filwaqt f’Malta din se tkun l-ewwel waħda li ħadet dan il-pass, l-iskop ewlieni huwa li l-ħlasijiet tal-assigurazzjoni jitqassmu u li ma jbattlux il-kont bankarju tal-klijent f’daqqa. Kull xahar fuq perjodu ta’ żmien miftiehem se jiġi ċċarġjat ammont miftiehem tal-assigurazzjoni tiegħek.

Dan ħa jkunu simili għal abbonament tat-TV u l-Mużika onlajn, fejn il-flus jinqatgħu mill-kont bankarju tiegħek b’mod dirett. England Insurance qed toffri din is-sistema ta’ ħlas lill-klijenti eżistenti u ħerqana li tattira oħrajn ġodda, hekk kif ninsabu fi sfidi ekonomiċi kbar li qed ikomplu jikbru.
L-idea hija li jiġi żgurat li l-klijenti li jsibuha diffiċli biex jixtru ċerti livelli ta’ kopertura jkunu jistgħu jiksbu l-istess kopertura fuq ħlas imqassam tal-primjum. Engand Insurance qed isejħu dan din l-iskema li qed joffru Bin-Nifs. Dawk interessati huma mistiedna jċemplu l-uffiċċju fuq 2125 1015 biex jagħmlu użu minn din is-sistema jew minn xi intermedjarju tagħha.
Termini u kundizzjonijiet japplikaw u soġġetti għal kriterji ta’ sottoskrizzjoni standard tal-aġenzija.
England Insurance Agency Ltd C-5556 hija rreġistrata taħt l-Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, Kap 487 biex taġixxi bħala Aġent tal-Assigurazzjoni għal MAPFRE Middlesea p.l.c. C-5553 (MMS). L-MMS hija awtorizzata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) taħt l-Att dwar in-Negozju tal-Assigurazzjoni, Kap 403 tal-Liġijiet ta’ Malta. Iż-żewġ entitajiet huma regolati mill-MFSA. Il-prodott/i huma manifatturati minn MMS u mqassma minn England Insurance Agency Ltd