Kien madwar sena li tnediet l-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u dan wassal biex illum il-ġurnata wieħed jista’ jgħid li l-Korp huwa iktar fdat mill-pubbliku.
Wieħed taf jistaqsi fiex kienet tikkonsisti din l-istrateġija u x’bidla kien hemm? L-istrateġija implimentata żgur li ħalliet il-frott tagħha dan għaliex il-ħidma tal-korp issaħħet f’diversi apetti u l-fiduċja tal-Maltin u Għawdxin żdiedet b’6%. Dan ġie kkonfermat grazzi għall-istħarriġ tal-Ewrobarometru li ħareġ dan l-aħħar.
L-istraġija li l-Korp implimenta għandha b’kollox 11-il oġġettiv li biex wieħed jasal għalihom hemm 49 azzjoni. Ir-riforma fit-tmexxija eżekuttiva tal-Korp kienet implimentata fl-ewwel sena u magħha wkoll ġiet implimentata wkoll kodiċi ta’ etika ġdida bil-għan li tissalvagwardja d-drittijiet tal-uffiċjali iżda ssaħħaħ ir-responsabbilitajiet u l-obbligi tagħhom.
Il-komunikazzjoni mal-pubbliku hija fundamentali, u l-istreġija titlob li jkun hemm komunikazzjoni b’mod ċar, konsistenti u trasparenti u fl-aħħar xhur wieħed jista’ jinnota li l-Korp sejjaħ numru ta’ konferenzi stampa sabiex jingħataw dettalji dwar każijiet maġġuri. Barra minn hekk, wieħed faċilment seta’ jinnota wkoll li l-komunikazzjoni hija kontinwa fuq il-mezzi soċjali.
Tul l-aħħar sena saret enfasi kbira biex l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq xogħol polizjesk. Infatti, illum ix-xogħol amministrattiv qed isir minn persuni pajżana biex l-uffiċjali jkunu aktar iffukati fuq ix-xogħol polizjesk.
Fl-istess ħin il-Korp tal-Pulizija qed jaħseb għall-Korp bl-ammont ta’ ħaddiema meħtieġa fejn f’kull livell fi ħdan l-organizzazjoni għandu jkun hemm il-ħiliet u l-esperti meħtieġa. Hawnhekk, il-Korp daħħal il-kunċett ta’ civilianization fejn ġew ingaġġati numru ta’ professjonisti f’oqsma bħal criminal analysis, forensic experts u financial crime analysis fost l-oħrajn.
Id-diversità hija wkoll parti integrali mill-Istrateġija għaldaqstant, il-Korp vara Anti-Harassment & Discrimination Policy filwaqt li sar streamlining tal-proċeduri interni biex ma jiddistingwux bejn mara u raġel, fost oħrajn ġiet eliminata r-referenza għal WPC biex il-Korp ikun wieħed aktar inklussiv.
Id-dokument ta’ strateġija qed ikun implimentat flimkien mas-soċjetà u meta din l-istrateġija tkun implimentata kompletament se jkollna servizz tal-pulizija li hu iktar proattiv milli reattiv.