"Jekk Jogħġobkom Meta Tadottaw, Kunu Kommessi 100% Din Hija Ħajja Li Qed Nitkellmu Dwarha…"

Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People xerrdu storja ta’ qsim il-qalb fejn qattus kien adottat minn persuna imma issa ddeċidiet li ma tibqax trabbieh. Għaqda lokali kitbet messaġġ dwar din l-istorja.

“Max ġie adottat u wara erba’ xhur sfortunatament ġie rritornat lura għandna għax kiser xi affarijiet u ma ridux iżommuh iżjed. Max huwa l-aktar ħlejqa ċkejkna għażiża, jeħtieġ l-attenzjoni, iħobb jilgħab speċjalment bil-ġugarell tiegħu tal-iskojjattlu.” 

Il-membru mill-għaqda, Roxanne, tgħaddi messaġġ biex meta nadottaw nagħmlu ċerti li nagħtu kenn u imħabba lill-annimal għal dejjem u nikkommettu ruħna għalih ukoll. Jeħtieġ li l-annimali li nadottaw ikollhom post permanenti f’qalbna.

Roxanne tappella, “Jekk jogħġobkom meta tadotta kunu kommessi 100%. Din hija ħajja li qed nitkellmu dwarha u mhux oġġett. Għandhom sentimenti wkoll u jgħaddu minn trawma kbira meta jibdlu l-ambjent u s-sid tagħhom.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI