“L-ewwel tibdil fit-temp minn dak Sajfi għal wieħed aktar ta’ żmien Ottubru mistenni jibda minn nhar it-Tnejn li ġej,” ġie miktub fuq il-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ fuq Facebook.
Allura kif mistenni jinbidel t-temp? “Fil-jiem li ġejjin mistennija temperaturi aktar baxxi, inqas minn 25°C, ammont ta’ ġranet bir-riħ qawwi mill-Majjistral u possibilità għolja ta’ xita moderata. Però huwa possibbli li sal-aħħar t’Ottubru jaf jinħoloq il-famuż Ċiklun Mediterranju.”
“Filwaqt li nhar it-Tnejn ser tirritorna x-xita, jaf li l-ġimgħa li ġejja tkun il-bidu ta’ ġranet bir-riħ, fejn l-instabbilità tkun ferm aktar b’saħħitha l-ġimgħa ta’ wara kawża ta’ temperaturi baxxi u friski u baħar sħun. Però s-issa għal ġimgħa li ġejja m’hemm l-ebda maltemp estrem għax l-anti-ċiklun Afrikan ser jibqa’ viċin taċ-ċentru meridjonali tal-Mediterran.”