"Ħabbejt Immens, U Tajt Ħafna Minnek Innifsek Għal Ħaddieħor… Gawdi L-Jum Tiegħek Mal-Għażiż Żewġek U Ċ-Ċkejkna" – Angela Agius Lil Bintha Lara

Illum hi l-ġurnata speċjali tal-attriċi u preżentatriċi Lara Azzopardi. Lil Lara niftakruha żgur bħala kantanta fejn fosthom lura fl-2006 ħadet sehem fil-Malta Song For Europe.

Lara ħadet sehem fi produzzjonijiet lokali ta’ suċċess bħal Emilja, Gizelle u Iċ-Ċaqqufa. Apparti minn hekk rajnieha kemm-il darba tippreżenta, fosthom waqt Mużika Mużika, l-ewwel edizzjoni, kif ukoll riċentament waqt It-Talks.

“Happy Birthday, għażiża Lara. Erbgħin sena ilu, dħalt f’ħajjitna u biddiltha għal dejjem – għall-aħjar, b’modi li qatt ma stajna nimmaġinaw. Għext, tgħallimt, ħabbejt immens, u tajt ħafna minnek innifsek għal ħaddieħor.”

Angela tesprimi kemm hi kburija tara lil Lara omm ukoll, fejn qed trabbi b’għożża lil bintha Zara. ” Hekk kif tiċċelebra llum, nittamaw li tħoss kemm int maħbuba u għażiża immensament. Jistħoqqlok ferħ, paċi, daħk, u ħin għalik innifsek ukoll – qatt tinsa dan. Gawdi l-jum tiegħek mal-għażiż żewġek u ċ-ċkejkna.”

Awguri mill-qalb Lara f’isem it-tim ta’ Gwida.mt! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Facebook/ Lara Azzopardi







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI