Dr. Lydia Abela, mart il-Prim Ministru Robert Abela, qasmet messaġġ mill-qalb dwar it-telfa ta’ Jan Pace. Hi tikteb, “Ċertu ġranet iġorru toqol akbar minn oħrajn u jfakkruna f’kemm is-saħħa mentali ma tiddiskriminax u taffettwana lkoll kemm aħna.”
Hi żżid, “Għad għandna ħafna nies li qed jiġġieldu din il-battalja fis-solitudni, fl-iskiet ta’ kamrithom u mingħajr tama li l-piż li jġorru jista’ xi darba jintrefa’ minn fuqhom. Jien u Robert ningħaqdu ma’ ħafna messaġġi b’dedika għall-ħajja ta’ Jan Pace u nagħtu kondoljanzi sinċiera lill-għeżież tiegħu.”
Hi tkompli, “Nappellaw biex bħala individwi nuru dejjem aktar kompassjoni u nisimgħu iżjed lil dawk ta’ madwarna, filwaqt li bħala soċjetà nibqgħu niġġieldu dan it-tabù. Ejja nisimgħu aktar, nifhmu iżjed u nkunu hemm għal kulħadd – speċjalment għal min ma jafx juri.”
Mill-ġdid insellmu l-memorja għażiża ta’ Jan u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha tiegħu.