GO għadhom kemm ippubblikaw filmat emozzjonanti li jiġbor fih il-mumenti ewlenin ta’ ħamsin sena ta’ storja, tkabbir u bidla teknoloġika. Mill-ewwel passi tagħhom fl-1975, bħala fornitur ta’ servizzi telefoniċi tradizzjonali, GO evolviet b’mod radikali u b’pass kostanti, u llum hija pilastru ċentrali fil-futur diġitali ta’ Malta.
F’pajjiż żgħir bħal tagħna, li kapaċi jadatta malajr u jimplimenta soluzzjonijiet ġodda b’effiċjenza, GO kienet fost l-ewwel kumpaniji – mhux biss f’Malta, imma anke fil-livell internazzjonali, li investiet b’mod sinifikanti fil-bidla diġitali. Il-kumpanija mexxiet it-triq b’introduzzjoni ta’ fibre optic, teknoloġija 5G, soluzzjonijiet fuq cloud, sigurtà diġitali u anke enerġija nadifa, kollha f’sistema li tgħaqqad lil Malta man-nazzjonijiet l-aktar avvanzati fid-dinja.
Illum, GO tkompli tgħaqqad nies, familji u negozji, mhux biss madwar Malta iżda wkoll lil hinn minn xtutna. Dan kollu jsir b’passjoni, b’viżjoni ċara u b’impenn lejn innovazzjoni sostenibbli. Filwaqt li tħares lura b’kburija lejn il-mixja tagħha, GO tesprimi gratitudni kbira lejn il-ħaddiema kollha, il-GO Stars, li kienu u għadhom il-qalba ta’ dan is-suċċess. “Grazzi talli intom parti mill-istorja tagħna,” jgħidu b’emozzjoni.
Imma aktar minn hekk, GO tirrikonoxxi li mingħajr il-klijenti tagħha, dawk li minn dejjem emmnu fis-servizzi tagħha u għoġobhom jibqgħu magħha matul dan il-vjaġġ. GO ma kinetx tkun dik li hi llum. Il-lealtà tagħhom kienet (u tibqa’) il-forza li tmexxi ‘l quddiem kull pass u kull innovazzjoni.
Dan il-filmat mhux biss ċelebrazzjoni tal-passat, imma wkoll dikjarazzjoni ta’ eċitament lejn futur aktar konness, aktar sostenibbli u aktar kuraġġuż, fejn it-teknoloġija tibqa’ għas-servizz tan-nies.