Jiftaħ Stand Tal-Luminata Fil-Mellieħa Sabiex Jgħin Lill-Klieb Ta' Noah's Ark!

Hekk kif is-santwarji tal-annimali madwar Malta jitħabtu biex jieħdu ħsieb lill-klieb f’nofs dil-pandemija, Timmy ħaseb daqsxejn kif jista’ jagħti daqqa t’id. U liema mod aħjar biex tgħin milli billi tiġbor fondi biex tbigħ xi ħaġa li kulħadd iħobb?

Hekk kif ix-xemx tas-sajf baqgħet tiddomina b’saħħa, b’ħafna minnha d-dar għall-frisk jew inkella l-baħar, Timmy waqqaf stand tal-luminata tiegħu stess fl-inħawi tal-Gerbulin, il-Mellieħa.

U mhux biss il-luminata tiegħu naqqset l-għatx ta’ bosta residenti fil-Mellieħa, iżda ġabret ukoll biżżejjed flus biex jagħti rigali lir-residenti tas-Santwarju tal-Kelb ta’ Noah’s Ark xi ħaġa li żgur ħa jieħdu gost biha!

“L-istand tal-luminata Timmy fil-Mellieħa kien suċċess kbir grazzi għar-residenti tal-Gerbulin,” kitbet il-mamà Timmy, Barbara Falzon, fuq il-midja soċjali.

“Aħna xtrajna ikel mingħand Paws N Claws u wassaliniehj [lis-Santwarju tal-Klieb ta ‘Noah’s Ark] personalment,” kompliet tgħid. M’għandniex xi ngħidu, il-klieb f’Noah’s Ark kienu grati ħafna!

Dawk interessati li jagħmlu donazzjonijiet monetarji lis-santwarju jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu HAWN.

Prosit Timmy!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI