“Awguri Lill-Mamà Sabiħa Tiegħi. Inħobbok!” – Michela Pace

Illum huwa għeluq snin omm il-kantanta maħbuba Michela Pace, Maureen Pace. Maureen twieldet fit-28 t’Awwissu tal-1975 u b’hekk illum għalqet 46 sena.

Michela fuq post fuq Facebook iddedikatilha messaġġ mill-isbaħ flimkien ma ritratt ħelu tagħhom it-tnejn. “Awguri lill-mamà sabiħa tiegħi. M’hemmx kliem bizzejjed biex jiddeskrivu kemm tfisser għalina. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għalina. Inti waħda f’miljun. Inħobbok ma,” kitbet Michela.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħu lil Maureen f’dan il-jum tant speċjali.





Facebook/Michela Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI