Bil-Filmat: "Hekk Kif Is-Sajf Jinsab Fi Tmiemu, Grata Li Fl-Aħħar Lestejt It-Trattament Tal-Kimoterapija" – Catherine, Il-Prinċipessa Ta' Wales

Matul dawn l-aħħar xhur, Catherine, il-Prinċipessa ta’ Wales ħabbret li għandha kanċer u li bdiet tirċievi l-kimoterapija. 





Illum, fuq il-midja soċjali tagħha tellgħet filmat b’messaġġ emozzjonanti ferm. 

“Hekk kif is-sajf jinsab fi tmiemu, ma nistax nesprimi kemm jien grata li fl-aħħar lestejt it-trattament tal-kimoterapija”, il-Prinċipessa spjegat. 

Kompliet tgħid li “Dawn l-aħħar disa’ xhur kienu kiefra immens għalina, bħala familja. Kif tafu l-ħajja tinbidel f’daqqa.” 

Bħalissa, il-Prinċipessa Catherina qed tiffoka fuq saħħitha sabiex tibqa’ ħielsa mill-kanċer u tirritorna lura lejn ix-xogħol tagħha. 

Kemm hi u kif ukoll il-Prinċep William irringrazzjaw lil kull min kien ta’ sapport għalihom, filwaqt li għamlet kuraġġ lil min bħala għaddej minn din il-battalja kiefra. 

Instagram / @princeandprincessofwales



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI