Iħallu Din Id-Dinja Żewġ Furjaniżi – Billy Mockridge U Paolina Vella

“B’sogħba kbira l-parroċċa ssellem lil William (Billy) Mockridge u lil Paolina Vella li marru jiltaqgħu mal-Mulej,” kitbu l-ammistraturi tal-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa San Publju tal-Furjana lbieraħ.





Żiedu, “Għan-nom tal-komunità, nirringrazzjawhom għas-servizz kbir li taw fil-parroċċa tagħha għal tant snin.”



Fost il-ħafna tislimiet li ngħataw, kien hemm waħda mingħand l-għaqda tal-Floriana Senior Citizens li qalu dwarhom, “Taw servizz lill-komunità tal-Furjana mhux biss f’din l-għaqda filantropika iżda wkoll fis-servizzi liturġiċi u oħrajn tal-parroċċa.”

Kondoljanzi lill-familji tagħhom. Strieħu, Billy u Paolina.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI