Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament Tat-Temp għal darb’oħra komplew indikazzjonijiet ta’ x’nistgħu nistennew mis-sajf li ġej.
Huma qalu, “Li għandkom fil-grafika lanqas niżżiltha fuq il-laptop imma qbadt u ħadt ritratt biex taraw kif fl-aħħar 12 il-siegħa it-temperatura kienet l-anqas 23°C u l-għola 28.6°C. Din tax-Xagħra Għawdex għax jekk nieħdu ta’ postijiet oħra għandna fejn messet anke it-32°C fosthom żoni fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta kif ukoll Ħal Luqa u Ħad Dingli. Biex b’hekk missejna medja ta’ 31°C. Impressjonanti wkoll l-umdita 41%.”
Żiedu jgħidu, “jekk ġunju jkun b’temperatura għolja u din l-umdità baxxa, jkun fattur tajjeb biex tinħoloq l-għarixa ta’ santa marija aktar kmieni. Dan ma jfissirx li mhux ser ikollna temperatura għolja dan is-sajf. Anzi … Ġa għandna temperatura għolja!”
Qalu wkoll li, “Għada l-Ħadd mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ Xlokk Ilvant forza 4. Temperatura l-għola tmiss id-29°C. UV index 8.”