“Lanqas Taqtgħu Għal Min Ivvutajt! Jiġifieri Jien Issa Nissejjaħ Kunjata?” – Shasha Fabri

L-artista tal-irtokk Shasha Fabri ħalliet kumment fuq il-mezzi soċjali dwar l-istorja tal-imħabba ta’ binha ma’ Gabrielle. Shasha tikteb, “Lanqas taqtgħu għal min ivvutajt! Jiġifieri jien issa nissejjaħ kunjata?”

Ilbieraħ uffiċjalment Gabrielle staqsiet lil Sven jekk iridx ikun l-għarus tagħha u ovvjament Sven aċċetta. Kien hemm min staqsa dwar il-fatt li l-kelma inħobbok ġiet qabel ma’ dawn uffiċjalment saru għarajjes, iżda donnu fil-villa ta’ Love Island l-affarijiet isiru bil-kontra.

Ma fiha xejn ħażin. Sven u Gabrielle kienu waħda mill-koppji bdew l-avventura flimkien u baqgħu flimkien minkejja l-intoppi li ltaqgħu magħhom. Ħafna qed jarawhom fost il-favoriti jekk mhux il-favoriti nett li jirbħu l-programm ta’ din is-sena.

Temmen li għandhom ċans?

Facebook / Shasha Fabri







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI