Ftit minuti ilu għadha kif inxtegħlet b’mod uffiċjali s-siġra tal-Milied li tqiegħdet matul dawn l-aħħar jiem fil-Belt Valletta.
L-artist Henry Galea u t-tim tiegħu li kienu l-imħuh wara din is-siġra, l-Ministru Owen Bonnici, s-sindku Belti Olaf McKay, iċ-chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef kif ukoll il-preżentaturi Jamie Cardona u Taryn Mamo Cefai kienu dawk li flimkien għafsu l-buttuna sabiex inxtelgħet is-siġra.
Matul dawn l-aħħar jiem ħafna kienu dawk li faħħru din is-siġra tal-Milied.
Facebook / Valletta Cultural Agency