"90 Sena Llum" – Nawguraw Minn Qalbna Lill-Attriċi Lokali Josephine Zammit Cordina

Illum l-attriċi, preżentatriċi u xandara lokali Josephine Zammit Cordina tiċċelebra għeluq sninha. Omm l-attur Henry Zammit Cordina, magħruf ukoll għal diversi partijiet f’numru ta’ dramas lokali.

Josephine llum għalqet 90 sena. Ikona fix-Xandir Malti, u baqgħet magħrufa b’mod speċjali għall-programm tagħha Waltzing Matilda, li dam jixxandar snin sħaħ u grazzi għal dan il-programm, ħafna Maltin kellhom tomgħa ħelwa ta’ Maltin ġewwa l-Awstralja. Rajnieha fost l-oħrajn f’sensiliet popolari lokali fosthom, Il-Ġuri TagħkomUndercover, Dejjem Tiegħek Becky, KC, u Deja Vu.

Lura fl-2020 meta għalqet 85 sena, Josephine tkellmet ma’ Gwida.mt f’intervista fejn esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li għadhom iħobbuha sal-lum.





Għalkemm issa ilni li nqtajt mix-xena tax-xandir, drama u palk, stajt napprezza kemm għad hawn nies li jirrispettawni u għadhom jiftakru ħafna mill-parteċipazzjonijiet tiegħi . Dan huwa ta’ sodizzfazzjon kbir għalija!” 

L-attur Henry Zammit Cordina, iben Josephine, kiteb messaġġ għaliha biex jawguralha kif ukoll xerred ritratt riċenti tagħha.

“90 Sena llum – Awguri f’għeluq sninek mingħandi u mingħand marti Anna, bintek Jacquie u żewġha Albert u l-familji kollha tagħna. Il-Bambin ibierkek, Ma,” jikteb Henry.

Minn qalbna nawguraw mill-ġdid l-isbaħ xewqat lil Josephine! Mara maħbuba minn kulħadd!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI