Iż-Żewġ Chihuahuas Li Nsterqu Jiġu Rritornati Lura D-Dar

Ilbieraħ kien inkiteb messaġġ fejn ġie spjegat li żewġ chihuahuas insterqu mill-bitħa ta’ persuna li tgħix il-Mellieħa hekk kif kisrulha l-grada u anke l-kamera. Illum inkiteb aġġornament fejn sid il-klieb spjegat li wieħed minnhom ġie rritornat lura, u ftit tal-minuti ilu nkiteb aġġornament ieħor li t-tieni wieħed ġie rritornat ukoll.

Sid il-klieb irringrazzjat mill-qalb lil kull min offra l-appoġġ tiegħu u xerred il-kelma. Irringrazzjat b’mod speċjali lil Christa Cilia, Moira Formosa, u Shania Borg. 

Rocco kien jidher tassew qalbu maqsuma waħdu mingħajr il-kumpanija ta’ Ranger, iżda mir-ritratti li ġew ippubblikati riċenti wara li ġie rritornat Ranger, jidher li jinsab xi ftit iktar kuntent. Kemm aħna ferħanin li ġew irritornati lura. Din hi evidenza ċara tal-fatt li meta ningħaqdu flimkien u lkoll noffru l-appoġġ tagħna, kollox hu possibbli.





Facebook / Yasmine Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI