"L-Isbaħ Xewqat Mingħand Karmena Abdilla Ta' Qalbek U L-Għażiża Oħtok Perpetwa, Paċifiku Tagħna Hi" – Christian Arding

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u attur lokali Christian Arding. Rajnieh kantant residenti f’diversi programmi lokali fosthom Għaddi S’Hawn kif ukoll Sibtek.

Christian ħa sehem f’diversi festivals lokali, fosthom fil-Malta Eurovision Song Contest fl-2005, fl-2006, fl-2023, u fl-2024. Kien ġie fit-tieni post fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika b’Għajjejt Inħobb. Hu rebaħ L-Għanja tal-Poplu fl-2023 bil-kanzunetta Il-Baħħ u Jien.

Fost dawk li awgurawlu hemm l-attriċi Soraya Chetcuti, li bħalissa qed taħdimha tan-namrata tiegħu waqt Karmena Abdilla. “L-isbaħ xewqat mingħand Karmena Abdilla ta’ qalbek u l-għażiża oħtok Perpetwa, Paċifku tagħna hi. Happy Birthday Christian Arding,” kitbet Soraya.

Awguri Christian!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI