Karly Naudi, tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida fejn ser ikollna ċ-ċans nisimgħu dwar il-vjaġġ tagħha għal Karly li nafu llum. Vjaġġ li kellu sfidi, konfużjoni u inċertezzi iżda wkoll kien mimli b’sapport, imħabba u għożża minn dawk l-aktar qrib tagħha, inkluż il-ġenituri li dejjem kienu ta’ wens għaliha. Minkejja kollox, Karly dejjem għarfet li tibqa’ għaddejja u ma tħalli xejn u ħadd iwaqqafha milli tagħmel dak li tixtieq.