AIDAN jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn b’onestà jitkellem dwar il-karriera tiegħu u l-ħidma kbira li wasslitu biex jibni ismu fix-xena mużikali Maltija.
Huwa jirrakkonta l-esperjenzi diffiċli li għadda minnhom, inkluż l-isfidi f’kompetizzjonijiet lokali u d-diskwalifika li ħalliet impatt qawwi fuqu, u li ddeskriva bħala wieħed mill-aktar mumenti diffiċli f’ħajtu.
F’din il-konversazzjoni, AIDAN jenfasizza wkoll kemm is-sapport ta’ ommu kien kruċjali għalih, u kif dan tah il-kuraġġ biex jibqa’ miexi ’l quddiem minkejja kollox.
Storja ta’ determinazzjoni, passjoni u reżiljenza.