Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta’ Aflatossini.
L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu ‘Aspergillus’ li jinsabu speċjalment f’żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad.
It-temperatura, l-umdita`, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta’ kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.
- Isem tal-prodott fuq it-tikketta: Pistaċċi
- Piż: 300g; 500g
- Data tad-durabbilità: 12.10.2027
- Ditta: Daily Fresh
- Ippakjat minn: Daily Fresh, Gozo
- Oriġini: Iran
Għal aktar informazzjoni żuru s-sit uffiċjali HAWN