Noah’s Ark Ser Jorganizzaw Ġbir Ta’ Fondi B’Risq L-Annimali Abbandunati

Wara ħafna preparamenti, nhar il-Ħadd 7 ta’ Diċembru ħa ssir Open Day mill-11:00 sas-14:00 fix-xelter tal-klieb, Noah’s Ark, Mellieħa.



Ħafna klieb jispiċċaw hawn wara li jkunu abbandunati, ħafna minnhom ikunu għaddew ukoll minn xi trawma.



Min fejn bdiet din l-idea?

Din l-idea bdiet minn żewġ voluntiera fejn l-għan tagħhom huwa li jgħinu lil dawn l-annimali abbandunati.

“Minn ċajta spiċċajna qed norganizzaw avveniment li kien jinvolvi ħafna preparamenti,” tgħid waħda mill-voluntiera.



X’ħa jkun hemm eżatt?

Bażikament din hija ħarġa għall-familja kollha fejn wieħed jista’ jixtri affarijiet relatati mal-klieb, ħa jkun hemm Santa Klaws fejn wieħed jista’ jieħu r-ritratti, vann għal tazza kafè tajba, kif ukoll ħafna rigali x’jintrebħu. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jgħin b’xi donazzjoni jew xi għotja tal-ikel.

“Kulma nitolbu huwa għal temp sabiħ u biex niltaqgħu ma’ ħafna nies li jħobbu l-annimali,” tkompli tgħidilna.

Nagħmlu dan kollu biex naraw il-klieb abbandunati fi stat tajjeb, inkunu lesti għalihom għal li jista’ jinqala’, u l-iktar li nkunu kuntenti meta jsibu d-dar u l-familja li tħobbhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI