Iċ-Ċkejkna Eleanor Għamlet Numru Ta’ Brazzuletti U Biegħithom Bil-Flus Kollha Jmorru Għal Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ sabiħ hekk kif riċenti, ċ-ċkejkna Eleanor għamlet ġest mill-isbaħ. Ħolqot brazzuletti u biegħithom, bil-flus kollha li taqla ittihom kollha donazzjoni lil Puttinu Cares!

Huma qalu, “Eleanor għamlet xi ħaġa straordinarja! B’talent u qalb tad-deheb, ħolqot bracelets, biegħithom u rnexxielha tiġbor is-somma sabiħa ta’ €505 bħala donazzjoni biex tferraħ lit-tfal dan il-Milied. Prosit Eleanor ta’ dan l-eżempju ta’ ġenerożità u dedikazzjoni!”

Prosit kbira Eleanor! Persważ li servejt ta’ eżempju sabiħ għal bosta tfal u anke adulti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI