Il-paġna uffiċjali ta’ L-Istrina kitbet dwar Thiago, il-ġuvni ta’ 13-il sena li qed jieħu l-kura minn Londra u fl-istess ħin jagħti kontribut.
“Thiago għandu 13-il sena u jivvjaġġa regolarment lejn ir-Renju Unit għall-kura. Iħobb il-festa tar-raħal tiegħu u jiġbor statwi żgħar ta’ qaddisin. Waqt li jkun f’Londra, jservi bħala abbati, u s-sena d-dieħla, se jmur il-Vatikan!”
L-Istrina jkompli, “Dan is-Sibt, Thiago u sħabu mill-grupp lokali taż-żgħażagħ tagħhom qed jorganizzaw Car Wash biex jiġbru fondi għal L-Istrina.”
Din ħa ssir fi Triq il-Wied, Qormi (ħdejn il-Bocci Club) mit-08:00 sat-15:00
Thiago qed jikkontribwixxi wkoll għal L-Istrina.