Ħalbiet Tax-Xita Mbassra Fil-Ġranet Ta’ Qabel Il-Milied

Is-sit Malta International Airport Weather qed ibassar li l-ġranet li ġejjin se jkunu ddominati minn diversi ħalbiet tax-xita. Fil-fatt qed ibassru li l-ħalbiet tax-xita se jibdew minn għada u jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta, jumejn qabel il-Milied.



Minkejja l-ħalbiet tax-xita li hemm imbassra jidher li t-temperatura se tkun qed tibqa’ pjuttost stabbli u tvarja bejn 13°C u 18°C.



Hu mbassar ukoll li r-riħ jitqawwa xi ftit it-Tlieta li ġej u possibbilment jilħaq il-qawwa ta’ Forza 6.



Ritratti:

Malta International Airport Weather, Facebook / Lite Radio Malta u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI