Ir-Reġina Tagħna Llum Tagħaq Żmienha! Nann Int L-Aktar Mara B’Saħħitha Li Naf” – Maria Luana

Il-kantanta Maria Luana kitbet messaġġ mill-isbaħ sabiex tawguraw lin-nanna tagħha hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.

“Ir-reġina tagħha illum tagħlaq żmienha!” hi kitbet. “Nann int l-aktar mara b’saħħitha li naf f’ħajti mhux fiżikament imma moralment. Int il-bniedma li għallimtna naħfru lil min weġġgħana, inħobbu lil kulħadd u tajtna l-isbaħ valuri possibbli.”

Hi kompliet tgħid, “L-imħabba li għandna għalik hi tant kbira li lanqas tista’ tispjegaha. Inti u n-nannu tajtuna l-isbaħ memorji u l-isbaħ tfulija flimkien mal-ġenituri tagħna. Rabbejtuna f’għaqda u mħabba profonda. Għad irrid niltaqa’ ma’ mara bħalek Nann, mara li qatt ma weġġgħet lil ħadd b’ilsineha, mara li ħabbet il-proxxmu, mara li ġabet lil ħaddiehħor qabilha, mara li l-familja hi l-qofol ta’ ħajjitha u li m’għamlitx paraguni għax l-imħabba tagħha tant hi kbira li maqsuma għal kulħadd l-istess.”

“Nann inti ħajjitna, il-bastun tagħna u l-Bambin nitolbu jipproteġik u jieħu ħsiebek u jtik is-saħħa! Inħobbok Nann!”







Ritratti:

Facebook / Maria Luana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI