“Kif Imbassar Kellna Lejl Ta’ Xita Tal-Art Mill-Aqwa … Widien Imfawra Bil-Ġid U L-Ħajja” – It-Temp Madwarna

Kif persważ li bosta jafu, dal-lejl għamlet ammont ta’ xita sabiħa li tassew kienet u għadha bżonnjuża f’pajjiżna. It-temp Madwarna għaddew messaġġ rigward dan, naturalment wieħed pożittiv. Huma qalu, “Kif imbassar kellna lejl ta’ xita tal-art mill-aqwa. Xita li niżlet minn sħab għamiem (Nimbostratus). Xita moderata mifruxa madwar il-gżejjer Maltin kollha, fuq medda ta’ 14-il siegħa sħaħ! Madwar 25-40mm imkejla! Widien imfawra bil-ġid u l-ħajja.”



Taw ukoll it-temp previst tal-lum fejn qalu, “It-temp illum jisbaħ bix-xita li jibbnazza b’xi waqtiet iżjed ċari jew xemxin, iżda b’aktar ħalbiet tax-xita iżolati tard fil-ġurnata.”





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI