Kif tafu aktar kmieni dan ix-xahar ittellgħet il-kummiedja l-ġdida ta’ Simpatiċi ġewwa Teatru Sir Temi Zammit. Ir-rispons għal darb’oħra kien wieħed kbir, u jidher li l-udjenza kellha esperjenza indimentikabbli oħra.
Issa jmiss li din il-kummiedja ġdida tixxandar fuq it-televiżjoni. Infatti ser tkun qed tintwera fuq fit-15:00 ONE f’Jum il-Milied.
Hawn taħt hemm il-filmat li juri xi xeni mill-kummiedja. Ser issegwu?