Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi u preżentatriċi bravissima Christine Haber li tiġi bint l-attriċi ikonika u tant maħbuba mill-Maltin, Eileen Montesin.
Matul il-karriera tagħha Christine ħadet sehem f’għadd ta’ produzzjonijiet fosthom Deja Vu, KC kif ukoll Dejjem Tiegħek Becky.
Fis-snin riċenti lil Christine rajnieha wkoll tippreżenta l-programm Family Affair flimkien ma’ ommha Eileen, żewġha l-ġurnalist Francesco Catania, bintha Nina kif ukoll missierha l-attur u preżentatur Mark Haber.
F’dan il-jum speċjali Eileen awgurat lil bintha fuq il-midja soċjali fejn stqarret li għalkemm illum bintha Christine tagħlaq 34 sena madankollu “xorta waħda dejjem tibqa’ l-baby tiegħi”.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Christine f’dan il-jum speċjali!
Facebook / Christine Haber u Facebook / Eileen Montesin